Nesploraw ix-Xjenza u t-Teknoloġija permezz tal-Kurżità, il-Kreattività u l-Iskoperta
Elettron hija rivista bilingwi dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, ippubblikata bil-Malti u bl-Ingliż, maħsuba apposta għall-istudenti tas-7 sena / Form 1.
Ir-rivista għandha l-għan li tqanqal il-kurżità, tinkoraġġixxi l-kreattività u tgħin lill-istudenti jifhmu aħjar it-teknoloġiji li qed isawru d-dinja ta’ madwarhom.
X’inhi Elettron?
Elettron hija rivista bilingwi dwar ix-xjenza u t-teknoloġija maħluqa biex tagħmel ix-xjenza, l-innovazzjoni u t-teknoloġija interessanti, aċċessibbli u rilevanti għal qarrejja żgħażagħ.
Maħsuba apposta għall-istudenti tas-7 sena / Form 1 ir-rivista tesplora firxa wiesgħa ta’ suġġetti permezz ta’ artikli, intervisti, attivitajiet, logħob edukattiv, komiks u esperjenzi prattiċi li jinkoraġġixxu lill-istudenti biex jaħsbu b’mod kreattiv u jesploraw ideat ġodda.
Ippubblikata kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż Elettron tgħin lill-istudenti jifhmu aħjar ix-xjenza u t-teknoloġija filwaqt li ssaħħaħ il-ħiliet tal-qari fiż-żewġ lingwi.
Is-suġġetti jinkludu:
- l-Intelliġenza Artifiċjali (AI)
- l-ipprogrammar u l-coding
- ir-robotika
- il-logħob diġitali u d-divertiment interattiv
- is-sigurtà diġitali u s-sigurtà online
- l-astronomija u l-esplorazzjoni spazjali
- il-kreattività u d-disinn diġitali
- il-fotografija u l-midja
- l-inġinerija u l-innovazzjoni
- l-avjazzjoni u t-trasport
- it-teknoloġiji ambjentali
- l-iskoperti xjentifiċi
- it-teknoloġiji tal-futur
- it-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum
U ħafna aktar…
Għaliex Elettron?
Elettron għandha l-għan li:
- tippromwovi l-litteriżmu diġitali;
- tinkoraġġixxi l-kurżità xjentifika;
- tappoġġja l-kreattività u l-innovazzjoni;
- tintroduċi opportunitajiet għal karriera fil-futur;
- tiżviluppa l-ħiliet tal-ħsieb kritiku;
- tinkoraġġixxi l-użu responsabbli tat-teknoloġija;
- tippreżenta x-xjenza u t-teknoloġija b’mod sikur, interessanti u adattat għall-età tal-qarrejja.
Elettron titqassam bla ħlas lill-iskejjel u lill-istituzzjonijiet edukattivi madwar Malta u Għawdex.
Il-pubblikazzjoni hija mfassla biex tikkumplimenta t-tagħlim fil-klassi filwaqt li tibqa’ tagħti gost meta tinqara d-dar b’mod indipendenti.
Kemm jekk tintuża bħala riżorsa edukattiva fil-klassi, bħala attività ta’ qari fil-familja jew sempliċiment bħala sors ta’ ispirazzjoni, Elettron tħeġġeġ lill-qarrejja żgħażagħ jesploraw id-dinja ta’ madwarhom bil-kurżità u l-kunfidenza.
Prodott u proprjetà ta’ ArtHouse Design Studio, b’kollaborazzjoni mal-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) u ċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, Elettron tintroduċi lill-qarrejja żgħażagħ għad-dinja affaxxinanti tax-xjenza, it-teknoloġija, l-innovazzjoni u l-kultura diġitali permezz ta’ artikli, komiks, attivitajiet u stejjer ispirati mid-dinja reali.
Titqassam bla ħlas lill-istudenti f’Malta u Għawdex.
© 2026 ArtHouse Design Studio. Elettron tista’ titniżżel, tiġi stampata u titqassam għal skopijiet personali, edukattivi u mhux kummerċjali skont il-Politika dwar it-Tqassim u l-Użu.
PUBBLIKATURI U SĦAB
B’kollaborazzjoni ma’
L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA)
L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali tippromwovi l-innovazzjoni u t-teknoloġiji diġitali filwaqt li tgħin lil Malta tibni soċjetà diġitali lesta għall-futur.
mdia.gov.mt
Ċentru tal-Ilsien Malti
Iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti jsostni l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-lingwa Maltija u jikkontribwixxi għall-edizzjonijiet bilingwi tal-pubblikazzjoni bil-Malti u bl-Ingliż.
INFORMAZZJONI EDITORJALI
Editur
Trevor Sammut
Koeditur
Robert Caruana
Prodott u proprjetà ta’ ArtHouse Design Studio
B’kollaborazzjoni ma’ Malta Digital Innovation Authority
Sieħeb fil-lingwa Ċentru tal-Ilsien Malti
Lingwi English and Maltese
KUNTATT
ArtHouse Design Studio
[email protected]
Malta Digital Innovation Authority
[email protected]
Ċentru tal-Ilsien Malti
[email protected]
AVVIŻ DWAR IS-SIGURTÀ
Xi artikli u attivitajiet ippubblikati f’Elettron jistgħu jinkludu esperimenti xjentifiċi, proġetti teknoloġiċi, għodod, komponenti elettroniċi jew dimostrazzjonijiet prattiċi.
L-istudenti għandhom dejjem ikunu taħt is-superviżjoni ta’ xi adult meta jwettqu kwalunkwe attività li tinvolvi l-għodod, l-elettriku, tagħmir jew materjali li jistgħu jkunu perikolużi.
Il-qarrejja għandhom isegwu l-istruzzjonijiet kollha bl-attenzjoni u qatt ma jippruvaw attivitajiet li jaqbżu l-livell tal-esperjenza tagħhom.
Il-pubblikaturi, l-edituri u l-kontributuri ma jaċċettaw l-ebda responsabbiltà għal korriment, ħsara jew telf li jista’ jirriżulta mill-użu ħażin tal-informazzjoni, l-istruzzjonijiet jew l-attivitajiet ippreżentati fil-pubblikazzjoni.
POLITIKA DWAR IT-TQASSIM U L-UŻU
Elettron nħolqot biex tispira l-kurżità, it-tagħlim u l-kreattività fost il-qarrejja żgħażagħ.
Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bla ħlas u tista’ titniżżel, tinqara, tiġi stampata u titqassam mill-istudenti, il-ġenituri, l-edukaturi, l-iskejjel u l-organizzazzjonijiet edukattivi għal skopijiet personali jew edukattivi u mhux kummerċjali.
nħeġġu l-użu ta’ Elettron fil-klassijiet, fil-libreriji, f’ambjenti ta’ tagħlim u fid-dar, sabiex tkompli ssostni l-qari, l-iskoperta u t-tagħlim tul il-ħajja.
Jekk jogħġbok tibdilx il-kontenut, tneħħix il-kretti, tbigħx il-pubblikazzjoni u tużax kwalunkwe parti minnha b’mod qarrieqi, malafamanti jew kummerċjali mingħajr permess bil-miktub minn qabel.
It-trademarks, il-logos u kwalunkwe kontenut ta’ partijiet terzi li jidhru fil-pubblikazzjoni jibqgħu proprjetà tas-sidien rispettivi tagħhom.
Għal permessi lil hinn mill-użu edukattiv u mhux kummerċjali jekk jogħġbok ikkuntattjana..
Aġġornata l-aħħar: Ġunju 2026
Elettron hija impenjata li tipproteġi l-privatezza tal-viżitaturi ta’ dan is-sit elettroniku.
L-informazzjoni li niġbru
Dan is-sit elettroniku huwa primarjament informattiv u ma jeħtieġx li l-viżitaturi joħolqu kont (account) jew jipprovdu informazzjoni personali.
Madankollu s-sit jista’ awtomatikament jiġbor informazzjoni teknika anonima, bħal:
- it-tip ta’ browser użat
- it-tip ta’ apparat użat
- is-sistema operattiva
- iż-żona ġenerali minn fejn jiġi aċċessat is-sit
- il-paġni li l-utenti jidħlu fihom
- informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-sit elettroniku
Din l-informazzjoni tintuża biss biex ikunu mtejba l-funzjonalità tas-sit u l-esperjenza tal-utenti.
Cookies
Dan is-sit jista’ juża cookies essenzjali u għodod ta’ analiżi sabiex nifhmu kif il-viżitaturi jużaw is-sit u biex intejbu l-prestazzjoni tiegħu.
L-utenti jistgħu jiddiżattivaw il-cookies permezz tas-settings tal-browser tagħhom.
Downloads tal-pubblikazzjonijiet
Għad-downloads tal-pubblikazzjonijiet ta’ Elettron mhux meħtieġ li l-utenti jipprovdu informazzjoni personali.
Links għal siti oħra
Dan is-sit jista’ jinkludi links għal siti elettroniċi oħra. Elettron mhijiex responsabbli għall-kontenut, id-disponibbiltà jew il-politiki tal-privatezza ta’ siti ta’ partijiet terzi.
Il-privatezza tat-tfal
Elettron hija maħsuba għal qarrejja żgħażagħ, iżda dan is-sit ma jiġborx informazzjoni personali mingħand it-tfal b’mod intenzjonat.
Jekk ġenitur jew kustodju jemmen li tifel jew tifla pprovdiet informazzjoni personali permezz tas-sit jista’ jikkuntattjana sabiex jitlob li titneħħa.
Tibdil għal din il-politika
Din il-Politika tal-Privatezza tista’ tiġi aġġornata minn żmien għal żmien sabiex tirrifletti bidliet fis-sit elettroniku jew rekwiżiti legali ġodda.